Aspetti ġenerali
Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea hi mezz għalik u għal Ewropej oħrajn biex tieħdu parti attiva fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Jekk tixtieq li ġġiegħel lill-UE tieħu azzjoni dwar kwistjoni partikolari, tista’ toħloq inizjattiva taċ-ċittadini, biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar il-kwistjoni.
Biex inizjattiva tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġlek tipperswadi miljun pesuna mill-UE kollha jiffirmaw l-appoġġ tagħha.
Tista’ biss tissottometti petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew. Mentri l-inizjattivi taċ-ċittadini huma sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-petizzjonijiet huma differenti prinċipalment minħabba li:
- dawn għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tal-UE eżistenti; huma ma jistgħux jitolbu proposti għal liġijiet tal-UE ġodda (l-inizjattivi taċ-ċittadini jipproponu liġijiet tal-UE ġodda)
- huma jistgħu jkunu sottomessi minn petizzjonant wieħed (l-inizjattivi taċ-ċittadini għandhom gruppi ta’ organizzaturi formali)
- m’hemm ebda numru minimu ta’ firem (l-inizjattivi taċ-ċittadini jeħtieġu miljun firma).
IVA.
Inizjattivi u għodod simili jeżistu kemm fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Huma differenti fl-iskop u fil-proċedura.
Tista’ ssib eżempji f’dan l-istudju:
Kif tibda – l-inizjattiva
IVA.
Tista’ tikseb parir indipendenti dwar l-aspetti legali ta’ IĊE, kif ukoll dwar il-kampanji, il-ġbir ta’ fondi u aspetti organizzattivi oħra tagħha, fuq il-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Kull mistoqsija sottomessa permezz tal-għodda Ħu parir fuq il-Forum tal-IĊE titwieġeb minn espert.
Jekk jogħġbok innota li trid tkun irreġistrat mal-Forum sabiex tissottometti mistoqsija għal parir.
LE.
Inizjattiva taċ-ċittadini tista’ biss tikkonċerna proposti dwar kwistjonijiet li fihom iċ-ċittadini jikkunsidraw li hu meħtieġ att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati (u għalhekk mhux li jimmodifikawhom).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjonijiet dwar dan fir-regoli.
Kif tibda – l-organizzaturi
IVA.
L-importanti hu l-pajjiż tar-residenza tagħhom. L-organizzaturi jistgħu jkollhom l-istess nazzjonalitajiet jew nazzjonalitajiet differenti.
LE.
Jeħtieġlek tkun ċittadin ta’ pajjiż tal-UE.
Għandu jkollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE dan ifisser li jrid ikollok 18-il-sena – ħlief:
- fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Ġermanja u f’Malta, fejn l-età tal-vot hi 16-il sena.
- fil-Greċja, fejn l-età tal-vot hi 17-il sena.
LE.
Jeħtieġ ikollok biss l-età biex tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej (ara l-mistoqsija preċedenti).
IVA.
Iżda huma ma jitqisux li jagħmlu parti min-numru minimu ta’ persuni li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE (u ma jistgħux jagħmlu parti mil-lista meta tissottometti t-talba tar-reġistrazzjoni tiegħek).
Il-persuni ta’ kuntatt – ir-rappreżentant u s-sostitut tagħhom – huma awtorizzati li jitkellmu u li jaġixxu f’isem l-organizzaturi.
Huma jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti jew ikunu 2 membri differenti tal-grupp.
Huma jikkomunikaw bejn il-grupp u l-Kummissjoni, b’mod partikolari billi jimmaniġġjaw is-sottomissjonijiet kollha tal-Kummissjoni.
It-tnejn li huma għandhom aċċess għall-kont tal-organizzatur u jirċievu l-korrispondenza mill-Kummissjoni.
Meta jissottometti talba għar-reġistrazzjoni, ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi jeħtieġ japplowdja dokumenti bl-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali u n-nazzjonalitajiet tas-7 membri tal-grupp li jgħixu fis-7 pajjiżi differenti tal-UE.
L-istess dokumenti huma meħtieġa għall-persuni ta’ kuntatt (rappreżentant u sostitut), jekk mhumiex fost dawn is-7 membri.
Il-Kummissjoni se tiċċekkja dawn id-dokumenti u għandha mnejn teħtieġ li r-rappreżentant jipprovdi aktar informazzjoni.
Importanti: dokument tal-identità jista’ ma jkunx prova suffiċjenti tal-pajjiż ta’ residenza. Id-dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova tal-pajjiż ta’ residenza għandhom ikunu kemm jista’ jkun reċenti u preferibbilment mhux aktar minn sena (eż. kontijiet tal-utilitajiet li jindikaw il-post ta’ residenza attwali).
IVA.
Jekk tagħmlu dan, tridu (ir-rappreżentant jew is-sostitut) tużaw il-kont ta’ organizzatur tagħkom biex tinformaw lill-Kummissjoni bit-tibdiliet tagħkom.
Meta t-tibdiliet jaffettwaw in-numru minimu tal-membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differeni, jeħtiġilkom tipprovdu d-dokumenti neċessarji li juru li l-grupp tagħkom xorta waħda għadu jikkonforma mar-rekwiżiti f’termini ta’ nazzjonalità, età u residenza.
Jeħtiġilkom ukoll tibdlu d-dikjarazzjoni tal-formoli ta’ appoġġ biex jirriflettu dawn it-tibdiliet.
L-ismijiet tal-membri ġodda tal-grupp se jidhru fir-reġistru online. L-ismijiet tal-membri ta’ qabel se jibqgħu jidhru fir-reġistru matul il-proċedura kollha (l-awtoritajiet rilevanti jistgħu mbagħad jiċċekkjaw il-validità tal-firem miġburin u jissottomettuhom għall-verifika).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjonijiet dwar dan fir-regoli.
LE.
Din hi biss opzjoni.
Jekk tistabbilixxu waħda, l-entità hi legalment inkarigata li timmaniġġja l-inizjattiva.
IVA.
Kwalunkwe entità ġuridika li timmaniġġja l-inizjattiva għandha tkun stabbilita skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn hi rreġistrata. Għandhom jiġu pprovduti dokumenti li juru li kienet irreġistrata b’mod speċifiku għall-fini tal-immaniġġjar tal-inizjattiva u li r-rappreżentant hu awtorizzat biex jaġixxi f’isimha.
Kif tirreġistra l-inizjattiva
- it-titlu tal-inizjattiva (mass. 100 karattru, mingħajr spazji)
- l-objettivi tal-inizjattiva (mass. 1,100 karattru, mingħajr spazji)
- l-artikoli tat-Trattat li intom bħala organizzaturi tikkunsidraw rilevanti għall-inizjattiva proposta
- l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid tas-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE
- l-istess dettalji personali għar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizz tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom
Ir-rappreżentant u s-sostitut jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp imsemmijin hawn fuq (jgħixu f’7 pajjiżi differenti) jew jistgħu jkunu membri oħrajn tal-grupp.
- dokumenti li jagħtu prova tal-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid ta’ kull wieħed mis-7 membri tal-grupp u tar-rappreżentant u s-sostitut, jekk ma jkunux fost dawk is-7 membri tal-grupp(ara wkoll il-FAQ “Bħala organizzatur, kif nista' nagħti prova li nikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli”)
- l-ismijiet tal-membri l-oħrajn tal-grupp
- is-sorsi kollha ta’ finanzjament u ta’ appoġġ (magħrufin fil-ħin tar-reġistrazzjoni) aktar minn €500 għal kull sponsor
- jekk rilevanti, dokumenti juru li (i) entità ġuridika kienet ifformata biex timmaniġġja l-inizjattiva u (ii) li l-grupp rappreżentattiv hu awtorizzat li jaġixxi f’isem din l-entità.
Tista’ tipprovdi wkoll:
- anness li jagħti aktar dettalji ta’ sfond dwar il-kwistjoni tiegħek u l-objettivi tal-inizjattiva (mass. 5,000 karattru mingħajr spazji), li għandhom jimtlew online
- informazzjoni addizzjonali, pereżempju abbozz ta’ att legali (li għandu jkun applowdjat – mass. 5 MB)
- l-indirizz tas-sit web li qed jintuża għall-hosting tal-inizjattiva tiegħek (jekk hemm).
Il-Kummissjoni se tirreġistra l-inizjattiva tagħkom jekk:
- il-grupp ta’ organizzaturi jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew innominati
- l-entità ġuridika (jekk għandkom l-intenzjoni li tużaw waħda) ġiet speċifikament stabbilita biex timmaniġġja l-inizjattiva u r-rappreżentant tagħkom hu awtorizzat li jaġixxi f’isimha
- l-inizjattiva tikkonċerna kwistjoni fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħali tipproponi liġi tal-UE
- l-inizjattiva mhix abbużiva, frivola jew offensiva
- l-inizjattiva hi konformi ma’ (i) il-valuri tal-UE, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u (ii) id-drittijiet fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
LE.
Il-Forum hu spazju informali għal organizzaturi (potenzjali) biex jiddiskutu kemm ideat għal inizjattivi, kif ukoll biex isibu nies biex jingħaqdu flimkien jew biex jiksbu parir.
Biex tirreġistraw l-inizjattiva tagħkom u tibdew bil-ġbir tal-firem, l-ewwel jeħtiġilkom tissottomettu talba formali għar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni.
Intom se tkunu notifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-talba tagħkom.
Eċċezzjoni
Jekk l-inizjattiva tagħkom tissodisfa r-rekwiżiti kollha iżda madankollu mhix f’qasam li fih il-Kummissjoni għandha s-setgħa, il-grupp tiegħek diġà jirċievi tweġiba fi żmien xahar, flimkien ma’ offerta biex tibdlu l-proposta tagħkom f’dan ir-rigward.
Imbagħad ikollkom sa xahrejn biex tibagħtu il-verżjoni aġġornata lill-Kummissjoni (jew tistgħu tiddeċiedu li ma tkomplux b'din l-inizjattiva).
Jekk tibagħtu verżjoni aġġornata, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahar minn meta tirċiviha. Din tista’ tkun waħda minn dawn it-3 affarijiet:
- tirreġistra l-inizjattiva fil-verżjoni sħiħa tagħha
- tirreġistra l-inizjattiva parzjalment
- tirrifjuta li tirreġistra l-inizjattiva.
F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-proċedura ta’ reġistrazzjoni sħiħa tista’ tieħu sa 4 xhur.
Inizjattiva hi reġistrata parzjalment jekk l-objettivi kollha tagħha mhumiex skont is-setgħat tal-Kummissjoni biex tipproponi liġi tal-UE.
B’reġistrazzjoni parzjali, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jistgħu jinġabru biss għal dawk il-partijiet tal-inizjattiva li huma reġistrati. Jekk l-inizjattiva tikseb mill-inqas miljun firma u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni se teżamina biss il-partijiet reġistrati tal-inizjattiva.
L-objettivi reġistrati biss jissemmew fis-sistema ta’ ġbir online u l-formoli ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ stampati.
Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni fir-reġistru online tal-Kummissjoni fiha informazzjoni dwar liema partijiet tal-inizjattiva ġew irreġistrati.
Il-grupp ta’ organizzaturi għandu jinforma wkoll lill-firmatarji dwar l-ambitu tar-reġistrazzjoni fuq is-siti web tal-kampanji tagħhom stess jew mezzi oħra li jistgħu jużaw biex jippromwovu l-inizjattiva.
Din l-informazzjoni li ġejja biss hi ppubblikata:
- id-deskrizzjoni tal-inizjattiva (titlu, objettivi u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta)
- l-ismijiet sħaħ tal-membri tal-grupp ta’ organizzaturi u l-indirizzi tal-email tal-persuni ta’ kuntatt (rappreżentant u sostitut)
- il-pajjiż ta’ residenza tar-rappreżentant jew (jekk inħolqot entità ġuridika biex timmaniġġja l-inizjattiva) l-isem tal-entità u l-pajjiż li hi bbażata fih.
- l-informazzjoni dwar sorsi ta’ finanzjament u ta’ appoġġ.
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, ara l-istqarrija ta’ privatezza.
Tistgħu tużaw kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
IVA.
Il-Kummissjoni tittraduċi t-titlu, l-objettivi u l-anness tal-inizjattiva tagħkom bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u tippubblikahom fir-reġistru pubbliku tagħha.
Jekk tixtiequ kwalunkwe ħaġa oħra tradotta (eż. abbozz ta’ att legali), hi r-responsabbiltà tagħkom bħala organizzaturi. Imbagħad il-Kummissjoni żżid dawn it-traduzzjonijiet mal-oħrajn fir-reġistru pubbliku.
IVA.
Id-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet legali, li jfisser li tista’ tikkontestawha. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u se tispjega liema rimedji legali jew barra l-qorti huma disponibbli għalikom.
Dan jinkludi t-tressiq ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE jew it-tressiq ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew (biex tilmentaw dwar amministrazzjoni ħażina).
Tista’ tikkonsulta r-rekord tal-Kummissjoni għar-rifjuti tagħha tal-passat biex tirreġistra l-inizjattivi.
IVA.
Tistgħu tirtiraw l-inizjattiva fi kwalunkwe ħin qabel ma tissottomettuha lill-Kummissjoni (jiġifieri wara li tkunu ġbartu l-firem kollha tagħkom u jkunu ġew ċċertifikati).
Meta tirtirawha, ma tistgħux tiftħuha mill-ġdid, u l-firem kollha jsiru nulli u bla effett.
Iżda intom se tkunu xorta waħda tistgħu tarawha, fl-inizjattivi arkivjati.
Ksib ta’ appoġġ
Tistgħu tagħżlu meta tibdew tiġbru l-firem – iżda dan għandu jkun mhux aktar tard minn 6 xhur wara li tkun reġistratat l-inizjattiva tagħkom.
Għandkom tgħarrfu lill-Kummissjoni 10 ijiem tax-xogħol qabel id-data magħżula minnkom. Imbagħad nippubblikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir fir-reġistru online tagħna.
IVA.
Għandkom mhux aktar minn sena biex tiġbru l-firem. Tistgħu tieqfu fi kwalunkwe ħin jekk intom kunfidenti li lħaqtu in-numru massimu tal-firem (tal-anqas total ta’ miljun firma, b’numru minimu f’tal-anqas 7 pajjiżi tal-UE).
Il-pass li jmiss hu li tisssottomettuhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal verifika.
LE.
Biex tiġbru l-firem, tridu tużaw forom speċifiċi li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tinkludu l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-inizjattiva, kif inhi ppubblikata fuq is-sit web.
Barra minn hekk, id-data li l-firmatarji għandhom jipprovdu tiddependi mill-pajjiż li ġejjin minnu.
Biex tiggarantixxu li għandkom il-formoli t-tajbin, tistgħu tiddawnlowdjaw formoli mimlijin minn qabel mill-kont ta’ organizzatur tagħkom fuq is-sit web. Dawn jinkludu diġà d-dettalji rilevanti għall-inizjattiva tagħkom.
LE.
Ikollkom tużaw formoli separati, skont in-nazzjonalità tal-firmatarji. Dan ifisser li l-firmatarji kollha fuq kwalunkwe formola waħda għandhom ikunu ċittadini tal-istess pajjiż tal-UE.
Fuq kull formola, l-ewwel għandkom tindikaw il-pajjiż li se tkun mibgħuta fih għal verifika. Iċ-ċittadini biss ta’ dak il-pajjiż jistgħu mbagħad jużaw din il-formola.
Tistgħu tiġbru l-firem bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE irrispettivament min-nazzjonalità.
LE.
Bħala organizzatur, għandek tuża s-sistema ċentrali ta’ ġbir online tal-Kummissjoni għall-ġbir tal-firem online.
LE.
Is-sistema hi soluzzjoni bla ħlas, diġà disponibbli. Hi tikkonforma diġà mar-rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà.
Kulma għandek tagħmel, hu li tiffirma ftehim sabiex tkun kontrollur konġunt tad-data mal-Kummissjoni.
Imbagħad tistgħu tibdew tiġbru l-firem, 10 ijiem wara li tkunu infurmajtu lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Biex jiġi żgurat li l-appoġġ għal inizjattiva hu mifrux b’mod suffiċjenti fost firxa wiesgħa ta’ nazzjonalitajiet.
Aktar dwar in-numri minimi ta’ firmatarji għal kull pajjiż.
LE.
Il-firmatarji kollha jingħaddu man-numru totali ta’ firmatarji biex tintlaħaq il-mira ta’ miljun firma.
Kif jingħata appoġġ
Jeħtieġlek timla u tiffirma dikjarazzjoni ta’ appoġġ, f’forma stampata jew online.
Din tvarja minn pajjiż għal ieħor.
Għaċ-ċittadini kollha tal-UE, hu meħtieġ dan li ġej: iċ-ċittadinanza; l-isem u l-kunjom sħaħ; u, skont il-pajjiż:
jew
A. l-indirizz postali sħiħ u d-data tat-twelid
(għaċ-ċittadini tad-Danimarka, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Lussemburgu, tan-Netherlands, tas-Slovakkja)
jew
B. in-numru ta’ identifikazzjoni personali u t-tip ta’ numru/dokument
(għaċ-ċittadini tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, taċ-Ċekja, tal-Estonja, tal-Ungerija, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ Malta, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Iżvezja).
Xi ċittadini tal-UE jistgħu wkoll jużaw l-Identifikazzjoni elettronika biex jappoġġjaw inizjattiva.
Rekwiżiti ta’ data għal kull pajjiż
Meta l-inizjattiva tilħaq in-numri ta’ firem meħtieġa, id-dettalji li ġbartu se jkunu vvalidati mill-awtoritajiet f’kull pajjiż. Kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ appoġġ li fiha data żbaljata mhix se titqies bħala valida.
For the list of EU countries whose nationals can sign an initiative using eID see: Data requirements (europa.eu).
Irid ikollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE). Xi pajjiżi baxxew l-età minima biex jappoġġjaw l-IĊE għal 16-il sena. Ara t-tabella sħiħa.
LE.
Jeħtieġ ikollok biżżejjed età biex tivvota fl-Elezzjonijiet Ewropej jew 16-il sena tal-anqas għall-pajjiżi li ddeċidew li jħallu li jingħata appoġġ minn din l-età (ara l-mistoqsija preċedenti).
LE.
Iċ-ċittadini tal-UE biss (ċittadini ta’ pajjiż tal-UE) jistgħu jappoġġjaw l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
Fil-pajjiż li tiegħu int ċittadin.
Pereżempu, jekk int Litwan tgħix l-Irlanda, il-firma tiegħek se tingħadd fil-Litwanja.
Jekk għandek nazzjonalità doppja, sempliċement agħżel waħda min-nazzjonalitajiet tiegħek u imla biss formola waħda. Tista’ tappoġġja inizjattiva darba biss.
IVA.
Meta tiffirma, agħżel il-pajjiż li tiegħu int ċittadin tal-UE. Il-firma tiegħek tingħadd f’dak il-pajjiż.
Kif jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ
IVA.
Għandkom tissottomettuhom fi żmien 3 xhur tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir.
L-awtoritajiet maħturin fil-pajjiżi kollha tal-UE jwettqu verifiki biex jiċċertifikaw in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin.
Ma jistgħux idumu aktar minn 3 xhur biex jagħmlu dan. Dawn il-verifiki jistgħu jkunu bbażati fuq kampjun każwali.
Hemm żewġ għażliet:
- Intom (l-organizzaturi) tistgħu tagħżlu li tissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin fuq formoli stampati bl-użu tal-mezzi tagħkom stess. Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin fuq karta jistgħu jiġu ppreżentati f’forma stampata, jew jistgħu jiġu skennjati u ppreżentati bl-użu ta’ trażmissjoni elettronika jew fiżikament pereżempju bħala DVD. Jekk id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jiġu ppreżentati f’forma fiżika (karta jew DVD) dan jeħtieġ li jsir ukoll b’mod sigur, eż. jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew jitwasslu permezz ta’ courier. Tridu tikkonformaw mar-regoli rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tad-data f’kull ħin.
- Intom (l-organizzaturi) tridu tinfurmaw lill-Kummissjoni jekk tixtiqux tapplowdjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura fuq karta bl-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ files tal-Kummissjoni. Verżjonijiet skennjati tal-formoli jistgħu jiġu applowdjati f’forma kriptata. Se jkollkom tapplowdjaw d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha miġburin f’formola stampata fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir u mbagħad tgħarrfu lill-Kummissjoni meta din tkun kompluta.
Il-Kummissjoni tibgħat il-firem miġburin bl-użu tas-sistema ċentrali ta’ ġbir online tagħha lill-Istati Membri permezz tas-servizz ta’ skambju ta’ files tagħha. Din hi sistema li tippermetti t-trasferiment sigur tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istati Membri. L-informazzjoni tintbagħat f’forma kriptata u tista’ tiġi dekriptata biss mill-awtorità kompetenti kkonċernata.
Is-servizz ta’ skambju ta’ files hu sistema li tippermetti t-trasferiment sigur ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
L-informazzjoni tintbagħat f’forma kriptata u tista’ tiġi dekriptata biss mill-awtorità kompetenti kkonċernata.
Tistgħu tużaw il-mezzi ta’ rikors disponibbli f’pajjiżkom – pereżempju l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali (inklużi l-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali).
Tistgħu wkoll tressqu lment lill-Kummissjoni għal ksur ta’ liġi tal-UE.
Kif tissottomettu inizjattiva
IVA.
Għandkom 3 xhur biex tagħmlu dan, mid-data li fiha tirċievu l-aħħar ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
LE.
Għandkom tibagħtu biss il-formola ta’ sottomissjoni permezz tal-kont tal-organizzatur tagħkom, kif ukoll kopji taċ-ċertifikati kollha li rċevejtu mingħand l-awtoritajiet nazzjonali li jikkonformaw li ġbartu n-numru minimu ta’ firem.
Kif tinkiseb tweġiba
Din il-laqgħa ssir fi żmien xahar mid-data li fiha l-organizzaturi jissottomettu l-inizjattiva.
Hi tikkonsisti f’diskussjoni strutturata dwar il-kontenut tal-inizjattiva, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tifhem b’mod ċar l-objettivi (inkluża kwalunkwe kjarifika meħtieġa), qabel ma tipprepara t-tweġiba tagħha.
LE.
Meta tkunu ssottomettejtu l-inizjattiva tagħkom, il-Kummissjoni tinforma lil Parlament. Imbagħad il-Parlament jikkuntattjakom biex jorganizza s-smigħ.
Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni se tinforma wkoll lill-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
Fi żmien 6 xhur minn meta tiġi ppubblikata bħala inizjattiva valida.
Il-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni li tiddikkjara l-miżuri li tippjana li tieħu, jekk ikun hemm, kif ukoll ġustifikazzjoni, u kronoloġija għall-implimentazzjoni tal-miżuri.
Il-komunikazzjoni se tkun ippubblikata f'dan is-sit web bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Il-Kummissjoni tinnotifika wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll il-parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
LE.
L-għan tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hu li tippermetti lill-Ewropej li jniedu dibattitu u li jinfluwenzaw l-aġenda tal-UE billi jitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni.
Biex iġiegħel lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni se tkun meħtieġa reviżjoni tat-Trattat.
Il-proposta tal-Kummissjoni jeħtiġilha li ssegwi l-proċedura leġiżlattiva rilevanti.
Dan ifisser, biex din issir liġi jeħtiġilha tkun eżaminata u mbagħad adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE, jew f’ċerti każijiet biss mill-Kunsill.
LE.
Għall-kuntrarju għar-rifjut tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva, din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sustanza tal-inizjattiva tagħkom u mhix soġġetta għal proċedura ta’ appell.
L-inzjattiva taċ-ċittadini hi għodda għall-issettjar tal-aġenda li tobbliga lill-Kummissjoni li tikkunsidra b’mod serju t-talbiet magħmulin miċ-ċittadini Ewropej. Madankollu, hi mhix obbligata li taġixxi dwarhom.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma taġixxix, hi se tispjega b’mod ċar ir-raġunijiet tagħha.
Finanzjament u sponsorizzar
IVA.
Għandkom tipprovdu l-informazzjoni dwar finanzjament li hu aktar minn €500 għal kull sponsor.
Jeħtiġilkom tipprovdu din l-informazzjoni meta tissottomettu t-talba tagħkom għar-reġistrazzjoni u mbagħad taġġornawha tal-anqas kull xahrejn.
Jeħtiġilkom tipprovdu wkoll l-informazzjoni dwar kwalunkwe appoġġ mhux finanzjarju li tirċievu li hu offrut lill-inizjattiva tagħkom.
Aħna nippubblikaw id-dettalji tal-appoġġ u l-isponsors tagħkom fuq ir-reġistru online tagħna.
Tiddikjara s-sorsi kollha ta’ appoġġ u finanzjament fil-kont tal-organizzatur tiegħek, li huwa l-kont li użajt biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek.
Se tirċievi tfakkira awtomatika fil-kont tal-organizzatur tiegħek biex taġġorna l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-appoġġ kull xahrejn.
L-isponsors huma persuni jew organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju ta’ aktar minn €500.
Persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ ieħor ekonomikament kwantifikabbli (donazzjonijiet in natura) jew mhux ekonomikament kwantifikabbli għal inizjattiva jitqiesu wkoll bħala sponsors.
L-individwi li jipprovdu appoġġ mhux finanzjarju, bħall-volontarjat, mhumiex meqjusa bħala sponsors skont ir-Regolament dwar l-IĊE u ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati.
Jekk m’intix ċert jekk l-appoġġ li qed tirċievi għandux jiġi rrappurtat, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz “Ħu Parir” tal-Forum tal-IĊE.
LE.
Dan kieku jmur kontra l-prinċipju tal-inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu indipendenti u li l-Kummissjoni tkun newtrali.
Madankollu, il-Kummissjoni toffri appoġġ mhux finanzjarju fil-forma ta’ servizzi ta’ traduzzjoni bla ħlas u bis-sistema bla ħlas ta’ ġbir online għall-firem.
U tistgħu ssibu appoġġ addizzjonali – fil-forma ta’ parir u ta’ gwida – fuq il-Forum tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
IVA.
Jekk tixtieq tiskatta twissijiet jew tissottometti lmenti dwar sponsors u appoġġ iddikjarat għal inizjattiva partikolari (eż. temmen li l-informazzjoni ppubblikata mhix korretta jew mhix kompluta), uża l-formola ta’ kuntatt fuq il-paġna ddedikata għall-inizjattiva.
Biex aħna naġixxu għall-ilment tiegħek jeħtieġlek tipprovdi l-evidenza għat-talba tiegħek.
Aħna nikkuntattjaw l-organizzaturi tal-inizjattiva biex nistabbilixxu l-fatti, u nitolbuhom biex jikkoreġu kwalunkwe ineżattezza dwar il-finanzjament/l-appoġġ.
Komunikazzjoni
LE.
Il-Kummissjoni hi obbligata li tkun newtrali lejn l-inizjattivi kollha li jkunu għaddejjin.
Madankollu, hi tmexxi kampanji ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni ġenerali biex tqajjem għarfien pubbliku tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala mezz għan-nies biex jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika.
Tista’ żżur dan is-sit biex issir taf dwar l-aħħar żviluppi dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej inġenerali u l-inizjattivi speċifiċi jew tabbona fin-newsletter.
Tista’ wkoll tabbona biex tirċievi aġġornamenti speċifiċi dwar l-inizjattivi minn organizzaturi u mill-Kummissjoni meta tagħti appoġġ lil inizjattiva billi tuża s-sistema ċentrali mmexxija mill-Kummissjoni.
IVA.
Tista’ tiġbor l-indirizz tal-email tal-firmatarji għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni, iżda dan biss jekk:
- huma jagħtu l-kunsens tagħhom
- tosserva r-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Protezzjoni tad-data
IVA.
Il-liġi Ewropea tawtorizza lill-organizzaturi biex jiġbru informazzjoni speċifika dwarek, online jew fuq formola stampata, u li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti inkarigati li jivvalidaw l-appoġġ miġbur.
Dan hu obbligu legali għall-organizzaturi: mingħajr informazzjoni dwar il-firmatarji, l-appoġġ għall-inizjattiva tagħhom ma jiġix rikonoxxut.
Id-data personali kollha pproċessata għal fini ta’ inizjattiva hi soġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Għad-data personali li jipproċessaw, ir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ organizzaturi jridu jikkonformaw mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Għad-data personali li tipproċessa, il-Kummissjoni Ewropea trid tikkonforma mar-Regolament dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet tal-UE (EUDPR).
Għad-data personali li jipproċessaw matul il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-Istati Membri huma soġġetti għall-GDPR u għar-regoli nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Is-sistema ċentrali ta’ ġbir online tal-Kummissjoni tipprovdi l-ogħla livell ta’ sigurtà għall-utenti (inkluż il-kriptaġġ tad-data) f’konformità mar-regoli tagħha dwar sistemi siguri ta’ komunikazzjoni u informazzjoni. Hi tippermetti wkoll liċ-ċittadini li jappoġġjaw l-inizjattivi sempliċement billi jużaw l-ID elettronika nazzjonali tagħhom.
Mhux id-data li tiġbru fid-dikjarazzjoni uffiċjali tal-formola ta’ appoġġ: tista’ biss tużaha biex tappoġġja l-inizjattiva tiegħek.
Madankollu, tistgħu tistaqsu lill-firmatarji għad-dettalji ta’ kuntatt b’mod separat – soġġett għal kunsens tagħhom - għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
Il-kontrollur tad-data hu:
- ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi, jew
- l-entità ġuridika, jekk inħolqot waħda biex timmaniġġja l-inizjattiva.
Dan ir-rwol hu relatat mal-ipproċessar tad-data personali (inklużi l-indirizzi tal-email) miġburin mill-individwi matul il-proċess tal-ġbir tal-firmatarji.
Ir-rwol tal-kontrollur tad-data hu xxerjat mal-Kummissjoni jekk inizjattiva tuża:
- is-sistema tal-Kummissjoni biex tiġbor il-firem u l-indirizzi tal-email
- is-servizz ta' skambju ta' files tal-Kummissjoni biex jiġu trasferiti l-firem lill-pajjiżi tal-UE.
Matul il-proċess tal-verifika tal-firem, l-awtoritajiet nazzjonali li jagħmlu dan ukoll għandhom ir-rwol ta’ kontrollur tad-data.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
Huma stabbiliti regoli speċifiċifir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – araw l-Artikolu 19.
Għall-aspetti l-oħrajn kollha, l-organizzaturi, kif ukoll l-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE huma soġġetti għar-regoli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala kontrollur konġunt, l-azzjonijiet tagħha huma rregolati mir-Regolament (UE) 2018/1725.
Għal aktar dettalji, araw il-Gwida dwar il-protezzjoni tad-data għall-organizzaturi.
Dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ:
Intom (l-organizzaturi) u l-Kummissjoni għandkom teqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ iffirmati għall-inizjattiva tagħkom (u kwalunkwe kopja) sa liema minn dawn id-dati tiġi l-ewwel:
- xahar wara li tissottomettu l-inizjattiva lill-Kummissjoni
- 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Madankollu, jekk tirtiraw l-inizjattiva tagħkom wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir, id-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) għandhom jinqerdu sa xahar wara l-irtirar.
L-awtoritajiet nazzjonali mitlubin biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ tagħkom għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) sa 3 xhur wara li jitlesta dan il-proċess.
Eċċezzjoni – jekk intom involuti fi kwalunkwe proċediment legali jew amministrattiv marbut mal-inizjattiva tagħkom, tistgħu żżommu id-dikjarazzjoni ta’ appoġġ (u kopji) għal aktar żmien minn dawn il-limiti ta’ żmien.
Indirizzi tal-email:
Intom (l-organizzaturi) u l-Kummissjoni għandkom teqirdu r-rekords kollha tal-indirizzi tal-emails sa:
- xahar wara l-irtirar tal-inizjattiva tagħkom jew
- 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir jew
- 12-il xahar wara li tissottomettu l-inizjattiva lill-Kummissjoni.
Madankollu, jekk il-Kummissjoni twieġeb l-inizjattiva tagħkom b’komunikazzjoni formali, il-perjodu ta’ żamma għall-indirizzi tal-email jispiċċa 3 snin wara li tkun ippubblikata l-komunikazzjoni.